Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara inċident bejn mutur u karozza

Tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23:30, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 120D misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Gżira u Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Imġarr. Passiġġiera fuq il-mutur Peugeot kien hemm tfajla ta’ 26 sena residenti l-Imġarr.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu u t-tliet persuni nvoluti fl-inċident ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard il-passiġġiera tal-mutur kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji, filwaqt li x-xufier tal-mutur sofra minn ġrieħi gravi. Il-mara ta’ 28 sena kienet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin