Lokali

Għada: Il-Maratona għat-tfal kollha

‘Għat-tfal kollha, kollha, kollha’ – hija din il-maratona li ser tkun qed ssir matul il-jum tas-Sibt 7 ta’ Mejju – lejliet Jum l-Omm. Maratona li għal sen’oħra se tkun organizzata minn ‘The Malta Trust Foundation’ li tgħin diversi tfal li jbagħtu minn kundizzjonijiet differenti.

Il-Malta Trust Foundation titmexxa mill-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca li lbieraħ kienet mistiedna fil-programm Net Live fejn tat aktar dettalji dwar din il-maratona. Hi spjegat kif matul din il-maratona, se jkun hemm professjonisti lesti biex jieħdu telefonati biex jgħinu lil ġenituri li jkollhom bżonn xi għajnuna.

Għat-tfal kollha, kollha, kollha – Is-Sibt 7 ta’ Mejju – 12:00-00:00 – Fuq l-istazzjonjiet kollha, inkluż fuq Net Television.

51802019 €2551902071 €50BOV Mobile App – 79520040