“Għadni miftuħ għad-diskussjoni mal-Prim Ministru għall-ħatra tal-ispeaker.” – Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook, hekk kif għada ser jiftaħ ill-ġdid il-Parlament Malti fejn mistenni jittieħed vot dwar l-Ispeaker tal-Kamra għal din il-leġislatura.
Bernard Grech stqarr li l-id tal-ħbiberija li hu u l-Prim Ministru qed joffru għandha twassal għall-ftehim sa minn din l-ewwel opportunità.
Il-Kap tal-PN appella lill-Prim Ministru biex “flimkien insibu soluzzjoni biex tkun rispettata l-imparzjalità f’din l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna biex nevitaw li tirrepeti ruħha s-sitwazzjoni li kellna fil-leġislatura li għaddiet.”
