F’SanSiro Inter dawwru telfa f’rebħa meta għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 3-2 u telgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Empoli fetħu l-iskor wara ħames minuti meta minn pass ta’ Szymon Zurkowski kien Andrea Pinamonti li xeħet wara Handanvic għal 1-0. Empoli rduppjaw fit-28 minuta meta Riccardo Fiamozzi żmarka lil Kristjan Asllani li kkonkluda fix-xibka għal 2-0.
Madanakollu fl-40 minuta bdiet ir-rimonta ta’ Inter meta minn cross ta’ Federico Dimarco kien Simone Romagnoli li tefa’ fil-lasta tiegħu stess. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima Inter kisbu l-gowl tad-draw meta kien l-attakkant Arġentin Lautaro Martinez li għeleb lil Guglielmo Vicario għal 2-2. Biex fl-64 minuta Inter skorjaw il-gowl tar-rebħa meta Lautaro Martinez approfitta fuq loose ball biex tefa’ fix-xibka, qabel Alexis Sanchez fil-ħin mogħti żejjed issiġilla r-rebħa għal skor finali ta’ 4-2.
Serie A
Inter v Empoli 3-2
//= $special ?>