It-tim nazzjonali Malti tad-darts jinsab fi triqtu lejn l-Awstrija sabiex jilgħab logħba internazzjonali ta’ ħbiberija kontra l-istess pajjiż fi Vjenna.
Il-kontinġent jinkludi lil Albert Scerri, Norbert Attard, Tony Borg u Enrico Scerri fit-tim tal-irġiel filwaqt li Althea Ciantar, Amy Abela u Beverly Keen se jirrappreżentaw lit-tim nazzjonali tan-nisa.
Il-kuġini Kyle u Matti Satariano se jkunu qed jieħdu sehem fil-kategorija taż-żgħażagħ.
Il-logħob se jkun maqsum fil-kategoriji ta’ singles, doubles u bħala tim u jintlagħab fid-DC Darts-Control fi Vjenna fi tmiem din il-ġimgħa.
Id-delegazzjoni hi immexxija mill-President tal-MDA Roderick Zammit b’Tony Tonna u Dorianne Busuttil li se jkunu t-team managers tal-irġiel u tan-nisa u ż-żgħażagħ rispettivament.
//= $special ?>