Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar se jkun qed jirtira bl-età mill-kariga ta’ Kap tas-Servizz Pubbliku fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Huwa ħabbar dan f’diskors li għamel fi tmiem konferenza li saret bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2022.
Il-Prim Ministru Robert Abela, li indirizza l-istess konferenza, iddeskriva lil Mario Cutajar bħala bniedem leali, struwit u kolt li huwa ffukat fuq fejn jixtieq jasal u kif se jimplimenta dak li jrid jasal għalih.
Cutajar kien ilu f’din il-kariga minn żmien Joseph Muscat.
S’issa għadna ma nafux minn se jieħu post Cutajar.
L-isem tas-Segretarju Permanenti Ewlieni se jitressaq quddiem il-Kabinett fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>