Wara nuqqas ta’ sentejn, se terġa’ tiġi organizzata l-kompetizzjoni knock-out tal-futsal din id-darba sponsorjata mid-ditta E & L.
Din il-kompetizzjoni, li hi t-tieni l-akbar unur tal-futsal lokali, se tintlagħab eżatt wara li jispiċċaw il-play-offs tal-kampjonat.
Sadanittant saru l-poloz tar-rawnd preliminari ta’ din il-kompetizzjoni li rriżultaw fejn Ta’ Xbiex jiltaqgħu kontra Valletta, l-Universita’ ta’ Malta jaffaċċjaw lil Naxxar Lions filwaqt li Siġġiewi jilagħbu kontra Marsaskala Futsal.
F’diskors qasir eżatt wara l-poloz, il-president tal-Futsal Malta Association il-perit Mark Borg tenna dwar il-fatt li din il-kompetizzjoni ser terġa’ ssir wara nuqqas ta’ sentejn b’format u sponsor ġdid. Kien hawnhekk fejn irringrazzja lis-sur Edward Camilleri u Liam Camilleri, rappreżentanti tad-ditta E & L tas-sapport li qed jagħtu lil din il-kompetizzjoni.
//= $special ?>