Internazzjonali

Cuba: Splużjoni kbira quddiem lukanda tħalli ħafna nies midruba

Splużjoni kbira regħdet lill-belt kapitali ta’ Cuba hekk kif fit-3pm seħħet splużjoni quddiem lukanda bl-isem Saratoga. Il-pulizija u l-pumpiera Cubani mill-ewwel irrispondew fuq il-post, bl-għan li jikkumbattu n-nar li ħalliet warajha l-isplużjoni.

Sadanittant, fortunatament din l-isplużjoni ma’ kkaġunat ebda nirien, bil-possibilta li l-pulizija u l-forzi armati ta’ Cuba jibdew b’mod immedjat ifittxu għal-vittmi li nqabdu taħdt it-tifrik li ħalliet warajha l-isplużjoni.

Diversi xhieda rrapurtaw li raw splużjoni kbira quddiem il-lukanda Saratoga, bil-konsegwenza li waqgħet il-faċċata tal-hotel u nqerdu diversi vetturi li kienu fil-viċinanza tal-isplużjoni.

Madankollu diversi sorsi, nkluż il-pulizija ta’ Cuba qiegħda tirraporta li din l-isplużjoni setgħet seħħet kaġun ta’ manutenzjoni li kien għaddej fuq pipe tal-gass quddiem il-lukanda.

Il-lukanda Saratoga ġiet mibnija fl-1930 u kellha madwar 93 kamra u wara diversi snin magħluqa reġgħet ġiet miftuha fl-2005.