Fil-Knisja ta’ Sant’Andrija f’Ħal Luqa ngħatat l-aħħar tislima lil Victor Caruana li serva bħala Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalsita għal diversi snin f’din il-lokalità. Huwa miet aktar kmieni din il-ġimgħa fl-eta ta’ 74 sena.
Victor kien deskritt bħala persuna b’qalb tad-deheb, dejjem kien lest li jgħin u jieħu ħsieb lil kulħadd u li sawwar valuri sodi f’dawk li kien jiltaqa’ magħhom.
Wara l-quddies tal-funerel sar korteo li mexa sal-Każin tal-Partit Nazzjonalista, fejn ngħatat l-aħħar tislima mill-kollegi tal-Kumitat Sezzjonali.
Victor Caruana kien attiv ferm fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fejn serva wkoll President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Luqa. Huwa kellu ferm għal qalbu lill-Partit Nazzjonalista fejn baqa’ sal-aħħar jagħti l-ħidma tiegħu fil-Każin tal-Partit f’Ħal Luqa.
Victor kien miżżewweġ u kellu żewġt ibniet.
Il-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ Media.link Communications jagħtu l-kondoljanzi lill-familja Caruana.
//= $special ?>