Il-ġimgħa d-dieħla, il-President Ukren mistenni jindirizza l-Parlament Malti permezz ta’ video-call minn Kiev.
Dan ħabbru l-Ispeaker tal-Parlament waqt intervista li saritlu dalgħodu fuq ix-Xandir Nazzjonali.
Jidher li Zelensky se jkun qed jindirizza lid-deputati Maltin fis-seduta tat-Tlieta wara nofsinhar. Il-messaġġ se jkun qed jitwassal fil-bidu ta’ dik is-seduta għall-habta tal-4pm.
Volodymir Zelensky diġà kellu laqgħa fi Kiev mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat indirizza diversi Parlamenti Nazzjonali – fosthom, il-House of Commons.