Sport Sport Ieħor

Calypso ta’ Tom Ripard jieħu l-unuri fil-Porto Turistico Weekend Regatta

Il-Porto Turistico Marina di Ragusa Weekend Regatta kienet avveniment tant mistenni miħabba li kienet l-ewwel avveniment ta’ tlielaq ta’ jottijiet offshore għall-istaġun tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club din is-sena.

Bi programm ta’ avvenimenti li kien jinkludi tellieqa għal Ragusa nhar il-Ġimgħa, attivitajiet soċjali s-Sibt, u tellieqa lura d-dar il-Ħadd, dawn it-tlielaq jiġbdu varjetà ta’ ekwipaġġi li mhux biss ifittxu biss it-tiġrijiet iżda wkoll l-ospitalità li ddur madwar avvenimenti bħal dawn.

Il-Ġimgħa li għaddiet,  taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Peter Dimech rat l-flotta tibda b’riħ mill-grigal. Ir-riħ li kien fadal mill-jiem ta ‘qabel ħolqot baħar imħallat b’naqra imbatt fil-linja tal-bidu.

Dawn il-kundizzjonijiet li rat lil Miame Too ta’ Ralph Landwehr l-ewwel fuq il-linja, bil-J99 Calypso tal-familja Ripard f’insegwiment akkanit warajħ. KonTiki ta’ Ferdinand Grech kellu bidu tajjeb iżda b’manuvri mingħand Calypso ippermetta lil Escape jikseb vantaġġ żgħir.

Filwaqt li l-bidu f’Marsamxett awgura tajjeb għal tellieqa tajba, ir-riħ ma damx biżżejjed biex xi dgħajsa tlesti l-korsa fil-ħin.  L-aħħar li rtira kien Calypso li  pprova jasal sal-linja finali fil-ħin iżda l-kundizzjonijiet tar-riħ żammithom milli jagħmlu dan.

Minkejja dan, id-diżappunt li wieħed ma spiċċajtx it-tellieqa malajr naqas ladarba l-ekwipaġġi waslu għal merħba sabiħa mit-tim ta’ Porto Turistico Marina di Ragusa, li appoġġja dan l-avveniment. Wara programm soċjali tajjeb, partikolarment il-BBQ u mużika live is-Sibt filgħaxija, il-flotta kienet lesta biex tmur lura d-dar il-Ħadd filgħodu.

Għal darb’oħra in-nuqqas ta’riħ ġagħal lill-Uffiċjal tat-Tlielaq Georges Bonello Dupuis, bi qbil mal-ekwipaġġi, ppospona l-bidu tal-Ħadd filgħodu b’siegħa. Minkejja r-riħ minimu fil-bidu, il-flotta eventwalment irnexxielha tieħu issib ir-riħ kif il-flotta resqet lejn id-dar.

L-ewwel li jott li spiċċa kienet Miame Too, segwita minn Calypso u Time Out ta’ Mario Sant. Wara revisjoni fuq ħin korret, Calypso ħa l-unuri ta’ tmiem il-ġimgħa

‘Ħadna gost ħafna ntellqu sa Ragusa u lura f’xi kundizzjonijiet ta’ sfida fi tmiem il-ġimgħa. L-akbar qofol kien li nbaħħar man-neputija tiegħi ta’ 3 sena lura Malta nhar il-Ħadd. Ospitalità ġewwa Sqallija kienet meraviljuża bħal dejjem, speċjalment mit-tim ta’ Marina di Ragusa’ – ikkummenta Tom Ripard, skipper ta’ Calypso.

Il-podju ġenerali kien komplut minn Time Out ta’ Mario Sant u Alecto ta’ Charles Cronin, filwaqt li fil-Klassi Cruisers, Kontiki ta’ Fernando Grech ħadu r-rebħa.