Futbol Sport

Gżira United jegħlbu liċ-Champions Hibernians u jispiċċaw fir-raba’ post tal-klassifika

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

GŻIRA U…………..2

HIBERNIANS……1

Gżira U: D. Zarkov, G. Boher, L. Tabone, N. Muscat, Z. Scerri, T. Kollega, Y. Messias, N. Portelli (C. Duarte 66’), J. P. Attard, M. Maia, J. De Assis (C. Gauci 76’)

Hibernians.: M. C. Cremona, R. Dos Anjos (J. Degabriele 80’), D. Vella, E. Beu, J. Zerafa, A. Agius, L. Caruana (Z. Grech 80’), C. Uzeh (G. Atrilles 70’), A. Muniz, H. Da Costa (J. Grech 21’), W. Domoraud

Imwissija: J. Zerafa 47’ (H)

Skorjaw: H. Da Costa 8’ (pen H), T. Kollega 22’, Y. Messias 59’ (G)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Paul Apap

Il-Mument Plejer tal-logħba: Toni Kollega (Gżira United)

BOV Plejer tal-logħba: Yuri Messias (Gżira United)

Hibernians iċċelebraw ir-rebħ tal-Kampjonat b’telfa hekk kif fit-Tony Bezzina huma sfaw mgħeluba minn Gżira United bl-iskor ta’ 2-1. Minn naħa tagħhom Gżira b’din ir-rebħa spiċċaw fir-raba’ post biex issa jittamaw li xi ħadd minn Hibernians jew Floriana jirbħu l-F.A. Trophy sabiex ikollhom post fil-Uefa Conference League l-istaġun li ġej.

Hibernians ħarġu bi skwadra kompletament mibdula mill-aħħar partita tagħhom fejn minbarra li kellhom sospiżi lil Thaylor Aldama u lil Ferdiando Apap, Stefano Sanderra ħalla fuq il-bank plejers regolari fosthom Jake Grech, Jurgen Degabriele u l-goalkeeper Ibrahim Kone.

Wara biss tmien minuti ċ-champions ingħataw penalty meta Da Costa daħal fil-kaxxa avversarja u prova jaqbeż lil Zarkov bil-goalkeeper Kroat deher jolqot saqajn l-attakkant ta’ Hibernians bir-referee Emanuel Grech mill-ewwel isaffar il-penalty. Mill-11- il metru l-istess HUGO DA COSTA tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper in-naħa l-oħra. Fit-22 minuta Gżira United ġabu l-gowl tad-draw. Kienet azzjoni personali minn TONI KOLLEGA li minn max-xellug irnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja u b’xutt b’saħħtu għeleb għal kollox lil Calleja Cremona. Hibernians reġgħu marru viċin fit-38 minuta meta Beu tefa’ kross fuq ras Domoraud iżda l-Franċiż tefa’ barra.

Toni Kollega jiskorja l-goal tad-draw għal Gżira United (Ritrat: Trevor Sollars)

Gżira ħarġu ħafna aħjar fit-tieni taqsima u wara għaxar minuti Kollega jikkrosja lejn Maia li bir-ras tefa għoli.  Erba’ minuti wara Gżira marru fil-vantaġġ. Kien żball difensiv ta’ Hibernians bil-ballun jispiċċa f’saqajn YURI MESSIAS li bla ma’ qagħad jaħsibha spara xutt li spiċċa fl-angolu tax-xibka wara Calleja Cremona. Fl-74 minuta Jake Grech sab ruħu waħdu ma’ Zarkov iżda minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun għoli. Gżira rnexxielhom iżommu dan il-vantaġġ sa tmiem il-partita biex l-iskor baqa dak ta’ 2-1 favur il-Maroons.

Jefferson Des Assis ta’ Gżira jipprova konklużżjoni lejn il-lasti ta’ Hibernians (Ritratt: Trevor Sollars)

Fi tmiem il-partita l-President tal-Malta Football Association Bjorn Vassallo ppreżenta t-tazza lil captain tat-tim Bjorn Kristensen fost il-ferħ tas-sapporters Pawlisti li llum telgħu bi ħġarhom u imlew iż-żewġ naħat tat-Tony Bezzina Stadium.

Hibernians F.C. ippreżentati bit-tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV Premier 2021/22 (Ritratt: Trevor Sollars)