Hemm bżonn li l-prezzijiet tal-ikel jiġu salvagwardati.
Dan huwa l-appell tal-Fakultà għat-Tisħiħ għas-Soċjetà hekk kif id-Dekan, Andrew Azzopardi fi stqarrija spjega li l-Fakultà segwiet b’reqqa fl-aħħar jiem is-servizzi fil-midja lokali rigward l-istudju li twettaq minn Caritas Malta; studju li jindika żieda sostanzjali fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi tal-ikel.
Azzopardi saħaq li din hija kwistjoni serja u ta’ inkwiet kbir hekk kif filwaqt li jifmhu li hemm fatturi esterni li jaf qed jaffettwaw din iż-żieda fil-prezz, u li forsi mhux tort tal-Gvern Malti….żgur li xorta waħda jibqa’ fatt ta’ tħassib serju.
Fi stqarrija Andrew Azzopardi saħaq li l-Fakultà qed tappella għal politika soċjali li verament tipproteġi lill-aktar vulnerabbli fil-komunitajiet tagħna kif ukoll dawk l-aktar li se jkunu qed jiġu affettwati b’dawn iż-żidiet enormi fil-prezzijiet.
Huwa sostna li sabiex ikollna komunitajiet sostenibbli hemm bżonn li tiġi inċentivata ekonomija li tibqa’ tiffoka fuq il-ħajja umana u mhux fuq il-konsumeriżm filwaqt li l-NGOs jibqgħu jingħataw is-sostenn li tant għandhom bżonn.
Intqal ukoll li hemm bżonn serju li tiġi mfassla strateġija nazzjonali fejn l-istakeholders tal-pajjiż jiprovaw isibu soluzzjoni għal din il-problema li kull ma jmur qed tikber.
Azzopardi saħaq li huwa fatt li la darba l-prezzijiet ikomplu jiżdiedu…hemm periklu kbir li din il-problema tordom lil min huwa l-aktar vulnerabbli bħal valanga.
Finalment, bħala Fakultà wiegħdu li se jkunu ad diżpożizzjoni tas-soċjetà bir-riżorsi kollha li għandhom sabiex tinstab is-soluzzjoni tant meħtieġa.
Fl-aħħar jiem Caritas Malta ppubblikaw studju li twettaq qabel ma faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna…fejn ħareġ li xirja ta’ prodotti bażiċi tal-ikel għal familja ta’ erba’ persuni żdiedet b’€100 fix-xahar…meta mqabbel ma’ sentejn ilu.
//= $special ?>