Fil-Parlament Malti, is-Sibt filgħodu ngħata bidu għall-erbatax-il leġiżlatura mill-Indipendenza ‘l hawn meta ħadu l-ġurament tagħhom id-Deputati kollha eletti fl-aħħar elezzjoni ġenerali… fosthom, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Fl-istess seduta l-Oppożizzjoni vvutat kontra l-ħatra ta’ Anglu Farrugia bħala Speaker tal-Parlament Malti. Dan wara li fl-aħħar lesġislatura kien hemm nuqqas ta’ imparzjalita min-naħa ta’ Farrugia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech irrimarka li kien ikun aħjar li kieku saret konsultazzjoni dwar il-ħatra tal-Ispeaker. Minkejja kollox, Bernard Grech awgura lil Anglu Farrugia li matul din il-leġislatura jwettaq dmiru skont il-kostituzzjoni.
Għall-ħabta tal-għaxra u nofs il-mistednin għall-Ftuħ Statali tal-Parlament waslu l-Parlament fejn imbagħad għall-ħabta tal-ħdax il-Membri Parlamentari sabu posthom fil-Kamra tad-Deputati sabiex ingħata bidu għall-ewwel seduta tal-erbatax il-leġislatura mill-Indipendeaza ‘l hawn.
Ray Scicluna bħala l-Iskrivan tal-Kamra qara t-talba u wara l-Proklama li biha ngħata bidu għall-ftuħ tal-Parlament.
Wara, l-Iskrivan tal-Kamra qara r-riżultati tal-Elezzjoni Ġenerali, tal-Elezzjonijiet Każwali, u l-ismijiet tal-Membri Parlamentari eletti permezz tal-proċess tal-co-option kif ukoll dawk eletti bil-mekkaniżmu tal-ġeneru.
Wara, sar il-vot fejn Anglu Farrugia kien konfermat għat-tielet darba infila bħala Speaker tal-Parlament Malti filwaqt li David Agius kien elett Deputat Speaker.
Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Deputat Speaker, David Agius wiegħed li matul dawn il-ħames snin li ġejjin se jaħdem sabiex din l-ghola istituzzjoni tal-pajjiż jingħatalha dak li jixirqilha.
//= $special ?>