Sport Waterpolo

Marsaskala jġibu fix-xejn lil Valletta u jisfurzaw decider għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Timmy Cutugno)

MARSASKALA FISH AND FISH….. 7

VALLETTA IZIBET…………………….. 1

(2-0), (2-0), (1-0), (2-1)

Marsaskala Fish and Fish irnexxielhom jisfurzaw decider għar-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni. Fil-konfront deċiżiv, tfew ix-xewqat ta’ Valletta Izibet, iddominaw u kisbu t-tliet punti li poġġewhom punti ndaqs mal-Beltin fil-klassifika finali.

It-tim ta’ Arpad Babay deher aktar konċentrat u determinat li jirbaħ il-partita. Valletta dehru nexfin mill-ideat u traskurati fl-attakk, prestazzjoni li żgur iridu jinsew malajr.

Kyle Navarro u Ayrton Camenzuli fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni, b’Jake Ciantar minn penalty u Gerald Sammut irduppjaw il-vantaġġ fit-tieni sessjoni. Navarro għamilhom 5-0 fit-tielet sessjoni hekk kif Valletta ma kellhomx reazzjoni.

Kien biss wara s-sitt gowl li Daniel Paolella naqqas id-distakk għal Valletta, b’Ayrton Camenzuli jissiġilla r-rebħa lejn it-tmiem. Sfortunatament il-logħba kellha tmiem negattiv b’argument bejn iż-żewġ settijiet ta’ plejers, argumenti li spiċċaw mat-tisfira finali.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (2), P. Privitera, R. Greco, G. Galea, K. Navarro (2), M. Manara, D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar (1), M. Carani, A. Muscat, L. Falzon, C. Mercieca

Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, M. Pace, L. Hyzler, Z. Micallef, T. Said, D. Paolella (1), M. Mifsud, S. Micallef, A. Agius, K. Galea, O. Zammit, A. Bugeja

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

Kif Spiċċaw

L-Ewwel Diviżjoni

                             L       R       D       T       F       K       Pti

Marsaskala          8        7        0        1        114    39      21

Valletta                8        7        0        1        87      41      21

Ta’ Xbiex             8        3        1        4        80      85      10

Otters                  8        1        1        6        48      101    4

Barracudas         8        1        0        7        57      120    3

* Decider bejn Marsaskala u Valletta għar-rebħ tal-kampjonat