Lokali

President ġdid għall-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering

Michelle Muscat ġiet eletta bħala l-President il-ġdid tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE).

Bħala parti minn ristrutturazzjoni fi ħdan din l-assoċjazzjoni ntgħażlet Muscat biex tmexxi l-ACE b’esperjenza kbira fi ħdan l-industrija tal-catering.

Matthew Pace kien elett bħala Viċi President tal-ACE, Omar Vella laħaq Segretarju Onorarju filwaqt li Jon Jon Dalli bħala Teżorier Onorarju.

Dan filwaqt li issa l-eks President tal-ACE, Reuben Buttigieg, se jkun qed iżomm rwol konsultattiv.