Waslet fi tmiemha b’suċċess il-Maratona Alive 2022 biex jinġabru fondi għal aktar riċerka dwar il-kanċer. Matul il-maratona, 36 ċiklist qadfu għal 1,000 kilometru f’sitt ijiem madwar Sqallija u f’altitudni ta’ 8 kilometri.
L-Alive Charity Foundation inħolqot biex tappoġġja r-riċerka dwar is-saħħa u fl-aħħar snin ġabret aktar minn €135,00 għal riċerka dwar il-kanċer tas-sider, aktar minn €170,000 għal riċerka dwar il-kanċer fost it-tfal u aktar minn €80,000 biex tinħoloq zona ta’ rikreazzjoni għat-tfal fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fost oħrajn.
Fl-aħħar snin ukoll, din l-organizzazzjoni tat €227,000 lill-Università ta’ Malta għal proġetti ta’ riċerka dwar seba’ tipi ta’ kanċer differenti.
//= $special ?>