Fl-aħħar 24 siegħa tilfet ħajjitha persuna oħra waqt li pożittivi għall-Covid-19. Dan itella’ t-total ta’ mwiet għal 709.
Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat instabu 119 każ ġdid filwaqt li fiequ 72. B’hekk it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 2,825.
Numru eżatt ta’ kemm hemm persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-Covid-19 jibqgħu mhux magħrufin, hekk kif il-Gvern mhux jippubblika dawn iċ-ċifri.
//= $special ?>