Basketball Sport

Hibernians huma ċ-Champions tal-BOV Basketball Amateur League

Hibernians ġew inkurunati champions tal-BOV Basketball Amateur League għall-istaġun 2021/2022.

Fusion Simprolit spiċċaw megħluba miċ-Champions il-ġodda 3-0 fil-finali playoff fuq 5 logħbiet.

Stefan Abela, Manager, Community Relations fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta it-trofew tal-Kampjonat BOV tal-Basketball tal-ewwel diviżjoni liċ-champions il-ġodda

Chad Patus ġie vvutat bħala l-Aktar Plejer Validu tal-Finali tal-Playoff u ġie ppreżentat bi plakka kommemorattiva.

Il-Bank of Valletta’s huwa sponsor ewlieni tal-Malta Basketball Association f’konformità mal-impenji tiegħu għall-Ambjent, Soċjali u Governanza (ESG).