John Lee, eks Kap tas-Sigurtà, hu kkonfermat bħala l-mexxej ġdid ta’ din l-eks kolonja Britannika wara proċess li fih ippreżenta ruħu bħala l-uniku kandidat għal dan ir-rwol.
Lee hu sostenitur qawwi taċ-Ċina u l-ħatra tiegħu qed titqies bħala pass mill-Gvern komunista Ċiniż biex Hong Kong – li hu hub finanzjarju ewlieni – jaqa’ dejjem aktar taħt l-amministrazzjoni riġida ta’ Beijing.
L-istess John Lee kien anki strumentali għall-azzjonijiet tal-2019 mill-qawwiet tas-sigurtà fuq id-dimostranti ta’ Hong Kong li ħarġu jsemmgħu leħinhom favur id-demokrazija….Azzjonijiet kontinwi li kemm-il darba rriżultaw fi vjolenza u l-arresti tad-dimostranti.
Il-Mexxej ġdid ta’ Hong Kong qed jieħu post Carrie Lam li kien ilha sservi bħala Kap Eżekuttiv ta; Hong Kong mill-2017. Dan meta l-mexxejja ta’ Hong Kong huma magħżulin minn kumitat ta’ xi 1,500 membru u li huma kważi kollha leali għal Beijing. Intant, l-għażla quddiem il-kumitat, din id-darba, kienet ta’ kandidat wieħed biss u wara li Lee kien ilu indikat bħala l-favorit tat-Tmexxija Ċiniża biex jieħu post Carrie Lam fit-tmun ta’ Hong Kong.
//= $special ?>

