Lokali

Iċċelebrat jum l-Omm

It-tieni Ħadd ta’ Mejju huwa jum li fih f’pajjiżna niftakru fl-ommijiet tagħna… b’rigali tradizzjonali bhal fjuri, u cikkulatini, jew forsi rigali iktar kontemporanji.

Jum li matulu l-ommijiet forsi jkollhom ġurnata naqra iktar rilassata mill-oħrajn…

Imma x’inhi omm?

Omm hi dik il-persuna li tieħu ħsieb, tindokra, kreatura oħra….
Tista tkun omm li għal 9 xhur ġarret f’ġufha u welldet tarbija mixtieqa u mistennija….
Tista tkun dik ix-xbejba li ma kelliex pjanijiet li trabbi…
Tista tkun dik il-mara li wara ħafna snin ta’ tbatija… u meta kienet għodda qatgħet qalba…. fl-aħħar ħaddnet tarbija tant maħbuba fi ħdanha…
Tista tkun dik li wara disa’ xhur…. rat ħarsa ta’ nkwiet fuq uċuh it-tobba mal-wasla ta’ tarbija li ħajjitha mhux se tkun faċli f’din id-dinja.
u tista tkun dik li wara tant stennija… id-dinja tagħha swiedet b’telfa li ħadd qatt ma jista’ jsabbarha dwarha.

L-omm mhijiex biss dik li kollox marilha sew f’ħajjitha…
Imma hija dik il-persuna li b’xi mod ħabbet u ħadet ħsieb… mhux biss l-ulied…. imma iktar minn hekk…
Hija dik il-mara li ħadet ħsieb ġara ma tiflaħx… li daret bil-ġenituri tagħha stess meta li r-rwoli nqalbu u kellha ddur hi b’dawk li tawha l-ħajja…. hi dik il-mara li qatt ma welldet imma li rabbiet xorta…. hi dik il-mara li mhux omm…. imma hija zija… hi dik li rabbiet ulied ħaddieħor daqs li kieku tagħha… jew dik li ddur b’anzjani u tħobb u tgħożżhom… bħal ma omm tgħożż tarbija ġdida…

Għax l-omm mhux bilfors hi dik li welldet…. imma hi dik li tgħożż il-ħajja… tindokraha u tħobbha.

Dan is-sentiment qasmu wkoll il-Kap tal-PN Bernard Grech, meta fuq Facebook irringrazja lil ommu għal dak kollu li għamlet miegħu matul ħajtu. Dan filwaqt li awgura lill-ommijiet kollha li tul il-jum tal-Ħadd iċċelebraw jum l-Omm.

Tags