Lokali

Tiġi fi tmiemha l-maratona ta’ għawm b’risq il-Victory Kitchen

Ġiet fi tmiemha b’suċċess maratona ta’ 24 siegħa ta’ għawm kontinwu minn Andrew Arrigo u Rafel Sammut b’risq il-Victory Kitchen.

Matul din il-Fundraising Swim Challenge li saret fil-pixxina tan-Neptunes inġabru madwar €70,000.

Il-fondi miġbura se jmorru għal żewġ skopijiet… l-għan ewlieni hu biex il-Victory Kitchen tibqa’ miftuħa hekk kif fl-aħħar xhur sabet diffikulta biex titma lil madwar 1,700 persuna kaġun tal-piż qawwi taż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi.

Kif ukoll, din is-sena, 25% tal-fondi li nġabru se jkunu qed imorru għal Len and Jacob Wellness Fund – tewmin li għandhom kundizzjoni rari… bil-ġenituri jittamaw li ssir biżżejjed riċerka biex tinstab kura.

Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fuq dan in-numru:
BOV Mobile/Revolut: +35699441950
IBAN: MT10APSB77013000000044687710017