L-Istati Uniti, ir-Renju Unit u r-Repubblika Irlandiża qed iħeġġu biex il-partiti politiċi fl-Irlanda ta’ Fuq iwaqqfu mill-ġdid Eżekuttiv — jew Gvern ċentrali — li jippermetti t-trasferment tal-poter lill-amministrazzjonijiet lokali jew reġjonali fil-provinċja.
Il-Partit Sinn Fein kiseb l-akbar ammont ta’ siġġijiet fl-elezzjoni tal-Ħamis għall-assemblea ġdida tal-Irlanda ta’ Fuq u meta dan hu wkoll l-ewwel suċċess fuq livell hekk kbir għal partit nazzjonalist Irlandiż.
Jidher ukoll li Michelle O’Neill, tas-Sinn Fein għandha tilħaq bħala Ministru Ewlieni tal-Irlanda ta’ Fuq u f’każ li l-Partit DUP, magħmul mill-Unjonisti Demokratiċi, jinnomina Viċi-Ministru fuq bażi nazzjonali.
L-assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq jinsab fi Stormont u Michelle O’Neill qalet li l-partit tagħha qiegħed jaħseb biex jifforma Eżekuttiv mill-akar fis. O’Neill sostniet li l-partiti l-oħra tal-provinċja wkoll iridu jkunu lesti għal dan l-eżekuttiv u li mgħandu jkun hemm l-ebda skużi jew tnikkir min-naħa tagħhom.
//= $special ?>