Fil-partita tal-ġimgħa Liverpool kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Tottenham biex b’hekk rebħa ta’ Man City tpoġġihom b’vantaġġ ta’ tliet punti fuq it-tim immexxi minn Jurgen Klopp. Kienu Tottenham li marru fil-vantaġġ fl-54 minuta permezz ta’ Heung Min Son qabel Luis Diaz kiseb il-gowl tad-draw għal Liverpool fl-74 minuta.
F’partita oħra Man Utd kienu umiljati minn Brighton meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0. Brighton fetħu l-iskor mal-kwarta logħob minn Moises Caicedo qabel waslu tliet gowls fi ħdax-il minuta, skorjati minn Marc Cucurella, Pascal Gross u Leoandro Trossarrd.
Intant Watford kienu uffiċjalment relegati għaċ-Championshup meta kienu megħlbua barra minn darhom għand Crystal Palace bl-iskor ta’ 1-0.
PREMIER LEAGUE
Brentford v S’mpton 3-0, Burnley v A. Villa 1-3, Chelsea v Wolves 2-2, Palace v Watford 1-0, Brighton v Man U 4-0, Liverpool v Tottenham 1-1
//= $special ?>