Sport Sport Ieħor

Mark Cavendish jirbaħ it-tielet stadju tal-Giro d’Italia

Mark Cavendish rebaħ fit-tielet ġurnata tal-Giro d’Italia 2022 fejn l-ewwel ġranet qed isiru fl-Ungerija. It-tielet prova kienet bejn Kaposvár u Balatonfured,fuq medda ta’ 201 kilometru. Suċċess għal Mark Cavendish tat-tim Quick-Step Alpha Vinil li daħal fi sprint fuq il-Franċiż Arnaud Demare ta’ Groupama-Fdj u Fernando Gaviria ta’ UAE Team Emirates . Fil-klassifika ġenerali wara tlett provi bil-flokk roża baqa’ l-Olandiż Mathieu van der Poel ta’ Alpecin-Fenix . Ta’ min jinnota li l-ewwel ciklist li rtira f’din ledizzjoni kien is-Sloven Jan Tratnik ta’ Bahrain-Victorious. Id-9 ta’ Mejju hija ġurnata ta’ mistrieħ qabel maċ-ċiklisti jaslu l-Italja għar-raba’ prova ta’ nħar it-Tlieta bejn Avola u Rifugio Sapienza sull’Etna fuq medda ta’ 172 kilometru .