Internazzjonali

Mas-60 persuna maqtula wara attakk fuq skola Ukrena

Attakk mill-ajru illi twettaq ilbieraħ mill-qawwiet tal-ajru Russi ħalla mas-60 persuna maqtula – kollha ċivili li kienu moħbija f’binja ta’ skola fil-Lvant tal-pajjiż.

L-attakk seħħ fuq il-villaġġ ta’ Bilohorivka.

Rapporti qed jindikaw li fl-iskola kien hemm b’kollox 90 persuna moħbija. Seba’ huma dawk li inħarġu midruba minn taħt it-tifrik.

Intant, b’rabta mas-sitwazzjoni fl-impjant tal-azzar f’Mariupol, il-awtoritajiet Ukreni qed jgħidu li n-nisa kollha u t-tfal irnexxielhom joħorġu qawwijin u sħaħ.