Għal sen’oħra, il-maratona ‘Għat-tfal kollha, kollha, kollha’ kienet waħda suċċess, grazzi għad-donazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi li wieġeb għas-sejħa tal-Malta Trust Foundation biex tkun tista tkompli tgħin tfal neqsin mid-dawl, tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu u tfal oħrajn li jiġi bżonn apparat teknoloġiku u sofistikat biex huma u l-familji tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajjithom aħjar u bi ftit inqas diffikultajiet.
L-ammont totali mħabbar fi tmiem il-maratona tal-fondazzjoni li tmexxi l-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, kien dak ta’ €1,210,653. Din is-somma sabiħa se tkompli tgħin biex il-Malta Trust Foundation tkompli tinvesti f’tagħmir li jbiddel il-ħajja tat-tfal. Filfatt, il-fondazzjoni diġà investiet €500,000 f’tagħmir bħal dan.
Il-maratona ta’ 12-il siegħa, xxandret fuq l-istazzjonijiet kollha u matulha stajna naraw ukoll il-progress li għamlu numru ta’ tfal wara l-għajnuna li ngħataw grazzi għad-donazzjonijiet tal-persuni li ċemplu fil-maratona tas-sena l-oħra.
//= $special ?>