“Irridu nipprovdu s-serħan il-moħħ lil dawk kollha li għaddejjin mill-marda tal-ALS”
Hekk stqarr Bjorn Formosa li jmexxi l-Fondazzjoni ALS Malta, waqt intervista fuq NetLive ma’ Robert Cremona, fejn ġew diskussi diversi proġetti li ALS Malta għandha bl-għan li tgħin lil dawk kollha li qiegħdin jbatu b’din il-kundizzjoni f’pajjiżna.
Bjorn Formosa stqarr li magħtul ix-xahar ta’ Mejju, li huwa x-xahar ddedikat lill-ALS, qed jintuża biex jitqajjem aktar għarfien dwar il-marda tal-ALS.
Madankollu l-ħidma rigward l-għarfien dwar l-ALS mhiex ser tieqaf hawn, hekk kif matul ix-xahar ta’ Mejju huma skedati diversi laqgħat u seminars bil-għan li jżidu l-għarfien dwar il-marda kiefra tal-ALS u l-ostakli li ġġib magħha din il-marda.
Bjorn Formosa qal li bis-saħħa tad-donazzjonijiet mill-poplu Malti, il-proġett għal Dar Bjorn f’Ħaż-Żebbuġ, għaddej b’ratmu tajjeb…. u saħansitra wasal fl-aħħar stadju tiegħu.
Il-pass li jmiss huwa s-servizz tar-‘Respite’ biex b’hekk jieħdu ħsieb lil dawk li ma jkollomx lil min jista jieħu ħsiebhom.
U b’hekk, dawn id-djar se jkunu qiegħdin jipprovdu servizzi professjonali għal dawk li jinsabu fi bżonn.
//= $special ?>