Sport Sport Ieħor

SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali fl-24 programm

Illum,   mit-3.20 pm ‘l quddiem fuq NetTV jixxandar l-24 programm ‘Sport Extra’ fejn il-programm huwa l-ewwel minn serje b’rabta ma’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ RITA AZZOPARDI – Segretarju Ġenerali tal-ASA b’rabta mal-Kampjonat LEN tal-għawm sinkronizzat li kien organizzat fl-2021 u li ingħażel mill-Għ.Ġ.S bħala ‘L-attivita’ internazzjonali tas-Sena’.

Intervistati wkoll il-kowċ tat-tim Nazzjonali tal-waterpolo ta’ Taħt il-15 il-sena ANTHONY FARRUGIA rebbieħ tal-kategorija ‘ Kowċ tas-Sena’ kif wkoll il-captain tat-tim nazzjonali ta’Taħt il-15 il-sena CAIN CUTAJAR li rebħu l-kategorija ‘Tim tas-Sena’.

Fit-tieni parti tal-programm apparti siltiet mis-serata finali, intervista mal-Uffiċjal tas-Sena , ir-referee tal-basketball BERNARD VASSALLO.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.