Żagħżugħ ta’ 14-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq mutur li kien qed isuq fi trakka tal-muturi li tinsab fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.