Lokali Qorti

Eks Supretendent f’każ Kostituzzjonali kontra l-Kummissarju li njora deċiżjoni mill-Ombudsman fuq diskriminazzjoni

L-eks Suprtendent tal-Pulizija Raymond D’Anastas (fin-nofs fir-ritratt) ippreżenta rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha ta’ Qorti Kostituzzjonali wara li l-Kummissarju tal-Pulizija naqas li jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fuq dikriminazzjoni ċara li saret kontrih meta ma ġiex promoss għall-Assistent Kummissarju.

Huwa kien ħassu aggravat b’decizjoni li ma ġiex promoss wara li l-proċess fil-konfront tiegħu kien wieħed ivvizzjat, xi ħaġa li kkummenta dwarha L-Ombudsman u baqa’ ma sar xejn xorta waħda. Il-Kummissarju tal-Pulizija baqa’ jonqos mill-jonora dak li qal li ħareġ mill-uffiċċju tal-Ombudsma, li kien sostna li D’Anastas kellu jiġi promoss jew jingħata danni sofferti.    

“Il-proċess tal-għażla għall-kariga ta’ Assistent Kummissarju tal-Pulizija kien ‘ivvizzjat’”, qal l-Ombudsman fil-kummenti tiegħu. Dan kien każ ieħor li joħroġ mill-perijodu li fih Lawrence Cutajar kien fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija L –Ombudsman inniffsu kien sab li l-proċess tal-2016 għall-promozzjonijiet mhux biss kien wieħed ivvizzjat, iżda li l-Kummissarju mexxa process li nbidel f’teatrin.

Fil-fatt, l-Ombudsman kien sab li l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fl-għażla tiegħu ffavorixxa ċerti individwi fuq oħrajn. U l-proċess li mexxa Cutajar kien deskritt bħala wieħed tad-daħq, għaliex għażel lil min jagħti promozzjoni abbażi ta’ fiduċja personali.

Il-kawża saret kontra l-Avukat tal-Istat u l-Kummissarju tal-Pulizija. Raymond D’Anastas għamel aktar minn 30 sena jservi f’diversi karigi u pozżizzjonijiet differenti fil-korp tal-Pulizija. Ir-rikors jgħid li f’Awwissu tas-sena 2016 l-Korp tal-Pulizija u l-Kummissarju tal-Pulizija kienu ħarġu ċirkolari sabiex jinfurmaw li hemm l-vakanzi għall-kariga ta’ Assistenti Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija. Huwa kien applika għall- proċess ta’ għażla sabiex jiġi kkunsidrat għal din il-kariga.

Huwa ma għaddiex mil-proċess tal-Bord tal-għażla u konsegwentament ma ħax il-promozzjoni minn Supretendent, għall-Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Wara huwa kien ressaq petizzjoni quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Wara li saret din il-pettizzjoni, il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-petitzzjoni.

Peress li  xorta waħda ħass aggravat fejn ħass li saret diskriminazzjoni kontrih kien ressaq ilment quddiem l-Obudsman sabiex jinvsetiga t-talba tiegħu.  D’Anastas kompla jgħid fir-rikors li fl-ilment mressaq allega li sofra diskriminazzjoni u nġustizzja mill-Bord tal-Għażla, u ħass ukoll li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma kinetx indirizzat l-ilment tiegħu b’mod li setgħet titwettaq ġustizzja miegħu.

Wara li sehh il-proċess minn naha tal-uffiċċju tal-Obudsman, l-istess uffiċċju fir-rapport tiegħu, (li se jkun parti mill-provi f’dan ir-rikors), iddeċieda li seħħet inġustizzja meta huwa inqabeż bl-aktar mod inġust fejn fir-rapport tiegħu l-Obudsman jiddeskrivi bħala parodija, l-għażla għall-assistanti kummissarji f’dan il-każ.

Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu l-Obudsman qal li stante din l-inġustizzja, D’Anastas, għandu jew jerġa’ jiġi kkunsidrat għall-kariga ta’ assistent kummissarju jew inkella jingħata is-somma ta’ €15,000 bħala danni li l-Obudsman jsejjah bhala danni morali.

Minkejja li għaddew bosta xhur, kważi sena, mid-deċizjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Obudsman u minkejja bosta interpelazzjonijiet bonarji u emails lill-Kummissarju tal-Pulizija baqgħu ma twettqux r-rakkomandazzjonijiet tal-Obudsman u hu baqa jsofri inġustizzja u diskriminazzjoni.

Għaldaqtant D’Anastass sofra ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu meta ġie diskriminat a-bazi tal-artiklu 45 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Protokoll Numru 12 Artiklu 1 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Huwa qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara u tiddeċiedi illi d-drittijiet fundamentali tal-eks uffiċjal tal-Pulziija, nkisru meta sofra diskriminazzjoni fil-proċess ta’ għażla ghall-Assistent Kummissarju tal-Pulizija fiċ-ċirkolari li ħarġet mill-Kummissarju tal-Pulizija.  

Il-Qorti qed tiġi mitluba biex tillikwida l-istess kumpens u danni pekunjarji u non-pekunjarji kif sofferti mill-eks Suprtetendent skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta u tal-Artiklu 41 tal-Konvenzjoni Ewropeja. U sabiex jtiallas l-istess kumpens u danni likwidati bl-imgħax skont il-ligi.

L-Ombudsman kien wasal għad-deċiżjoni tal0inġustizzja  wara każ li fetaħ is-Supretendent Raymond D’Anastas, wara li kien twarrab miċ-ċans li jieħu l-promozzjoni, anke jekk kellu rekord impekkabbli fuq 40 sena servizz fil-Korp. L-Ombudsman qal li sabha diffiċli jifhem kif xi ħadd b’servizz ta’ snin twal kien mar daqshekk ħażin fil-proċess.

D’Anastas, li qed ikun rapprezentat mill-Avukat David Bonello, suppost ilu li ngħata s-somma ta’ €15,000 għal danni morali mill-Korp tal-Pulizija, iżda baqa’ kollox lampa stampa.