Joe Giglio, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal fil-parlament li fl-ambjent u f’setturi oħra, fosthom l-għoli tal-ħajja, hemm bżonn azzjonijiet immedjati; mill-kliem irridu ngħaddu għall-fatti.
Joe Giglio qal li l-President tar-Repubblika għamel aċċenn fuq il-kwalità tal-ħajja u fuq l-ambjent u sostna li l-PN ilu jisħaq li s-suċċess ekonomiku għandu jkun imkejjel b’indikaturi oħra mhux biss bl-aspett finanzjarju.
Hu kompla li fil-politika kulħadd għandu sehem x’jagħti biex isir il-ġid u titjieb il-kwalità tal-ħajja. Jeħtieġ li jkun hemm impenn biex jitnaqqas it-tribaliżmu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PN għandu d-dover li jikkritika b’mod kostruttiv u li twassal il-messaġġ tagħha.
Bl-istess mod, jeħtieġ li kull deputat fosthom il-gvern japprezzaw din il-kritika; għalhekk meta jsiru żbalji kulħadd jifhem il-kritika.
Joe Giglio appella għall-umiltà meta jsiru l-iżbalji li għandhom ikun rikonoxxuti u jkunu implimentati l-bidliet li hemm bżonn. Hu qal li l-poplu ilu jisma’ dwar l-isfidi ambjentali iżda issa jeħtieġ li mill-kliem il-pajjiż jgħaddi għall-fatti.
Hawn perstentaġġi tant baxxi ta’ skart riċiklat waqt li hawn problemi fit-traffiku u fit-trasport pubbliku. Hu appella biex isiru żoni ta’ konservazzjoni marittimi u biex isiru konsultazzjonijiet biex jdidaħħal il-kunċett tal-ESG.
Sfida oħra li għandu l-pajjiż hi dik tal-għoli tal-ħajja, li qed teffettwa bil-kbir il-kwalità tal-ħajja tal-poplu, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>

