Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri ma ssostanzjax allegazzjonijiet infondati li hu ghamel fl-ewwel seduta tal-parlament li fiha allega li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien għadda kummenti fil-konfront tal-persuni li jirrikorru għall-IVF.
Immedjatment kif intqalet din l-allegazzjoni infondata, il-Kap tal-PN Bernard Grech ċaħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Camilleri u nsista li din l-allegazzjoni trid tkun irtirata għaliex dan ma kienx minnu. Fuq point of order il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar nsista li din l-allegazzjoni tkun irtirata għax ma kinitx minnha.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li d-deputati jridu joqgħodu għar-regoli iżda ma nsistiex li din l-allegazzjoni tkun irtirata. Hu nsista li d-deputat Laburista ikompli bid-diskors tiegħu.
//= $special ?>

