Internazzjonali

Ir-Russja: Mhux kollox mexa skont il-pjan għall-parata ta’ Putin

L-aġenziji tal-aħbarijiet tar-Russja qalu li mal-11,000 suldat u ‘il fuq minn 130 karru armat ħadu sehem fil-parata tad-9 ta’ Mejju fil-Pjazza l-Ħamra ta’ Moska. Dehru wkoll il-mudelli l-ġodda tat-tankijiet tal-gwerra T-14 Armata li ma kenux ikkunsidrati bħala ‘lesti għall-kumbattimenti fl-Ukrajna. Fl-istess ħin, saru parati oħrajn tal-okkażjoni – fuq livell iżgħar – fi 28 bliet tar-Russja.

Iżda mhux kollox mexa skont il-pjan — bi ‘flypast’ tal-qawwiet tal-ajru Russi ma jsirx qabel il-parata fil-kapitali.

Il-Kremlin qal li d-deċiżjoni ttieħdet ‘minħabba t-temp ħażin’ iżda ma kien hemm l-ebda dehra ta’ dan, bl-avveniment kbir ta’ Moska isir fost il-bnazzi kontinwu.

Kien hemm pjani qabel biex, waqt il-‘flypast’, l-ajruplani militari ta’ Moska jtiru bħala formazzjoni li tissimbolizza l-ittra ‘Z’ — liema ittra hi wkoll l-’emblema’ tal-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin.