Futbol Sport

Jurgen Degabriele jirbaħ l-unur tal-MFPA Best Player

(Ritratt: Trevor Sollars)

F’serata li saret fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali tħabbru r-rebbieħa tal-MFPA Awards għall-istaġun 2021/22. L-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele rebaħ l-unur tal-MFPA Best Player fil-kategorija tal-irġiel filwaqt lil Charlene Zammit ta’ Birkirkara rebħet l-unur tal-MFPA Best Player fil-kategorija tan-nisa. Jan Busuttil ta’ Floriana rebaħ l-unur tal-aqwa player żagħżugħ, b’Maya Lucia ta’ Raiders Lija rebħet l-unur tal-aqwa żagħżugħa.

Trustin Farrugia Cann rebaħ l-unur tal-aqwa referee filwaqt li Nicholas Schembri u Lydon Micallef rebħu l-unuri tal-aqwa players tal-Amateur League u taċ-Challenge League rispettivament. L-unur tal-coach tas-sena ntrebaħ mill-coach ta’ Hibernians Stefano Sanderra. B’kollox fis-serata finali ngħataw xejn anqas minn 33 unur lill-persuni ġew rikonoxxuti għas-suċċess li kellhom fl-istaġun li għadda, mill-Malta Football Players Association.