Internazzjonali

“L-istorja tagħna tiddependi minna lkoll” – Robeta Metsola

“Il-futur tal-Ewropa għadu mhux miktub u l-istorja tagħna tiddependi minnek, minna lkoll”, hekk stqarret il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola waqt li kienet qed tindirizza l-Konferenza dwar il-futur tal-Ewropa.

Waqt li kienet qed titkellem dwar dak li qed jiġri fl-Ukrajna, Roberta Metsola saħqet li kif weġibna għall-invażjoni u kif ser inkomplu nirrispondu huwa it-test tal-valuri tagħna u l-għaqda matul dan kollu qed jagħmluna kburin li aħna Ewropew.

Iżda, kompliet tisħaq li waqt li qed issir din il-konferenza, l-Ukrajna għadha qed tiġi attakkata, in-nies għadhom qed jinqatlu b’mod indiskriminat, in-nisa għadhom qed jiġu stuprati u miljun ħarbu u se jkomplu jagħmlu dan.

“Il-futur tal-Ewropa huwa marbut mal-futur tal-Ukrajna” kompliet tgħid Roberta Metsola.

Hija temmet id-diskors tagħha billi saħqet li l-Ewropa qatt ma beżgħet u li issa huwa verament il-ħin tal-prova.