Internazzjonali

L-Ukreni huma “theddida fuq il-fruntiera tagħna” – Vladimir Putin

Minuta silenzju għas-suldati Russi li tilfu ħajjithom

Dalgħodu fir-Russja gie ccelebrat Jum il-Vittorja – il-ġurnata li matulha l-Kremlin, kull sena, jesponi s-saħħa militari tiegħu, fil-jum li jimmarka r-rebħa tal-Unjoni Sovjetika fit-Tieni Gwerra Dinjija.

F’diskors mill-Pjazza l-Ħamra, il-President Russu Vladimir Putin irrefera għad-Donbas daqs li kieku kien reġjun tar-Russja. U qal li bħalissa s-suldati tiegħu qed jiġġieldu għar-rebħa.

Fil-preżenza tal-għoli uffiċjali militari tiegħu, Putin tkellem dwar l-imħabba…u r-rispett lejn il-kulturi kollha. U insista li dak li qed isir bħalissa fl-Ukrajna skont hu hija deċiżjoni ta’ stat sovran u b’saħħtu.

Filwaqt li rrefera għall-Ukreni bħala poplu li jrid jokkupa d-Donbas, u huwa theddida għall-fruntiera Russa.

Fil-Pjazza l-Ħamra, spikkaw eluf ta’ sulati li ingħaqdu għall-parata. Preżenti wkoll mijjiet ta’ mezzi militari, u anke l-qawwiet tal-ajru Russi.