Lokali Parlament

Malta ma tistax titlef il-kompetizzjoni fit-turiżmu

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Nazzjonalista t Robert Arrigo qal fil-parlament li Malta għandha tassigura li titlifx il-kompetizzjoni fit-turiżmu.

Robert Arrigo tkellem dwar il-pjan li kienet ħarġet l-Oppożizzjoni dwar it-turiżmu, li mar ħażin f’dawn is-sentejn. Hu tkellem dwar l-importanza tal-kwalità għaliex din tiddistingwi lil Malta minn destinazzjonijiet oħra. Malta għandha kompetizzjoni kbira minn pajjiżi Mediterranji li huma qabel Malta f’kollox għaliex bdew jirriklamaw u bil-konnessjonjiet minn qabel.

Malta baqgħet fejn kienet bil-konsegwenza li marret lura’ hemm ukoll problema bil-prezzijiet li qed joffri Malta. Dawn il-prezzijiet huma ferm iżjed minn dawk li joffru l-kompetituri ta’ Malta.

Robert Arrigo qal li kien hemm żidiet kbar fl-ispejjeż tal-industrija fosthom prodotti tal-ikel u biex jissaħħnu l-postijiet. Problemi kbar huma relatati mal-applikazzjonijiet quddiem ID Malta. Dwar it-titjiriet, hu qal li jonqos iktar x’isir dwar diversi titjiriet fosthom it-tariffi fuq diversi destinazzjonijiet.

Malta għadha wkoll maħmuġa minħabba nuqqasijiet fix-xogħlijiet li jsiru f’diversi lokalitajiet, sostna Robert Arrigo.