Lokali Parlament

Naħdmu flimkien għal ġejjieni aħjar għall-poplu kollu

Charles Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni hi mpnejata li taħdem flimkien għal ġejjieni aħjar għall-poplu kollu.

Fil-parlament Charles Azzopardi fakkar il-memorja tal-Professur Oliver Friggieri u sostna li kull politiku jrid jibqa’ jisma’ lin-nies. Hu qal li hemm anzjani li qed ibatu biex iħallsu l-kontijiet u biex ilaħħqu. L-Oppożizzjoni qed taħdem mal-Gvern biex flimkien il-pajjiż ikollu ġejjieni aħjar.

Il-mera tal-politiku għandu tkun li tkun viċin il-bżonnijiet tan-nies biex b’hekk ikun hawn ekonomija bbażata fuq is-sewwa. Il-politiċi jrid jkunu man-nies dejjem għandu għandhom obbligu; iridu jħasru lejn il-persuni u mhux lejn l-uċuħ b’politika ta’ sustanza u persważjoni biex il-politiċi jgħarfu l-faxex kollha tas-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-setturi tal-biedja u s-sajd fil-kuntest tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja u sostna li kien hemm żidiet kbar fil-prezzijiet tal-ikel. Hu tkellem dwar iż-żidied fil-prezzijiet tal-ikel tal-annimali; liema prezzijiet qed jikkaġunaw problemi; hemm ukoll il-problemi fil-prezzijiet tal-mediċini.

Id-deputat Nazzjonalista enfażizza l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent u qal li fl-Imġarr hemm proposta li meded kbar ta’ art fl-Imġarr ikunu żiluppati. Dan m’għandux ikun aċċettat għaliex jeqred l-ambjent taż-żona.