Basketball Sport

Starlites huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV tal-Basketball tal-Ewwel Diviżjoni

Starlites Basketball Club huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV tal-Basketball tal-Ewwel Diviżjoni 2021/2022

Starlites kienu fil-quċċata tal-klassifika fejn fil-finali tal-playoff, lil Mellieha Libertas Spalding bl-iskor ta’ 3-0 fil-finali tal-playoff fuq 5 logħbiet.

Charles Azzopardi, Head CSR fi ħdan il-Bank of Valletta, akkumpanjat minn Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association ippreżenta it-trofew tal-Kampjonat BOV tal-Basketball tal-Ewwel Diviżjoni liċ-champions il-ġodda

Alec Felice Pace intgħażel bħala l-Most Valuable Player (MVP)  tal-Finali u ġie ppreżentat bi plakka kommemorattiva.

L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall-Basketball Malti jmur lura għas-snin tmenin, parti mir-rwol attiv tal-Bank fi ħdan il-komunità li jopera fiha bħala parti mill-impenn tiegħu għall-Ambjent, Soċjali u Governanza (ESG).