L-iGaming huwa settur li zviluppa ħafna fl-aħħar snin – settur illi holoq Gvern Nazzjonalista 20 sena ilu u li ghadna ngawduh sallum, b’numru kbir ta’ kumpaniji li holqu opportunitajiet ta’ impjieg għal bosta ċittadini Maltin u Għawdxin.
Waqt konferenza li kienet organizzata t-Tlieta filghodu mill-Kamra tal-Kummerċ, il-President taċ-Chamber Marisa Xuereb tkelmet dwar l-importanza li għandha din l-industrija f’pajjiżna.
U hekk kif l-industrija tal-iGaming qed tiċċelebra l-20 sena tagħha, Marisa Xuereb spjegat kif tul dawn is-snin kibret u qatt ma ħarset lura …. filwaqt li bhalissa qed tħaddem mal-10,000 impjegat.
Minkejja kollox, din l-industrija kellha wkoll l-isfidi tagħha.
Marisa Xuereb semmiet illi minkejja li din l-industrija hija assoċjata ma’ pagi tajbin, l-operaturi mal-ewwel tkellmu mal-awtoritajiet dwar li prezzijiet ta’ kirjiet għoljin …li minhabba fihom mhux jattiraw nies barranin li jiġu jaħdmu f’pajjiżna. Dan filwaqt li ssemma’ kif l-industrija dejjem għenet anke lis-settur tal-ospitalita’ speċjalment lejn in-naħat ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan.
Marisa Xuereb temmet id-diskors tagħha billi enfasizzat fuq il-fatt kemm għandna nbżgħu għal din l-industrija għaliex tiġġenera aktar minn 12% tal-Prodott Gross Domestiku.
//= $special ?>