Kultura Lokali

Ara minn huma l-10 finalisti li għaddew mill-ewwel semi-finali tal-Eurovision 2022

Hekk kif ftit tal-ħin ilu, ġiet fi tmiema l-ewwel serata tal-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena fejn ġiet ipprezentata mill-kantanti rinomati Laura Pausini u Mika flimkien ma’ Alessandro Cattelan fil-belt ta’ Turin fl-Italja, issa ġew imaħħbra l-għaxar artisti li kisbu posthom fiss-serata finali ta’ nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju, filwaqt li 7 artisti oħra ġew eliminati.

Il-Pajjiżi li kkwalifikaw huma (fl-ordni li tħabbru):

  1. L-Isvizzera bil-kanzunetta Boys Do Cry
  2. Armenja bil-kanzunetta Snap
  3. L-Izlanda bil-kanzunetta Með Hækkandi Sól
  4. Litwanja bil-kanzunetta Sentimentai
  5. Portugall bil-kanzunetta Saudade, Saudade
  6. Norvegja bil-kanzunetta Give That Wolf A Banana
  7. Grecja bil-kanzunetta Die Together
  8. Ukrajna bil-kanzunetta Stefania
  9. Moldova bil-kanzunetta Trenulețul
  10. L-Olanda bil-kanzunetta De Diepte
L-Isvizzera bil-kanzunetta Boys Do Cry
Armenja bil-kanzunetta Snap
L-Izlanda bil-kanzunetta Með Hækkandi Sól
Litwanja bil-kanzunetta Sentimentai
Portugall bil-kanzunetta Saudade, Saudade
Norvegja bil-kanzunetta Give That Wolf A Banana
Grecja bil-kanzunetta Die Together
Ukrajna bil-kanzunetta Stefania
Moldova bil-kanzunetta Trenulețul
L-Olanda bil-kanzunetta De Diepte

Dan ifisser li s-7 pajjiżi li ma jrexxilhomx jagħmluha għall-finali huma:

  1. L-Albanija bil-kanzunetta Sekret
  2. Slovenja bil-kanzunetta Disko
  3. Bulgarija bil-kanzunetta Intention
  4. Kroazja bil-kanzunetta Guilty Pleasure
  5. Danimarka bil-kanzunetta The Show
  6. L-Awstrija bil-kanzunetta Halo
  7. Latvia bil-kanzunetta Eat Your Salad
L-Albanija bil-kanzunetta Sekret
Slovenja bil-kanzunetta Disko
Bulgarija bil-kanzunetta Intention
Kroazja bil-kanzunetta Guilty Pleasure
Danimarka bil-kanzunetta The Show
L-Awstrija bil-kanzunetta Halo
Latvia bil-kanzunetta Eat Your Salad

L-għaxar kanżunetti li għaddew ilejla, se jikkompetu fil-finali tal-Eurovision ta’ din is-sena nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju, flimkien ma’ għaxar kanzunetti oħra li sejrin jikkwalifikaw minn fost 18-il kanzunetta fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest, li se jsir nhar il-Ħamis 12 ta’ Mejju. F’din is-serata Malta se tkun qed tikkompeti fis-sitt post, permezz tal-kanzunetta  ‘I am what I am’ kantata minn Emma Muscat.

Tul is-serata finali tas-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, il-ħames pajjiżi l-kbar li huma l-Italja, Franza, Germanja, Spanja u Renju Unit ser ikunu qed jikkompetu wkoll flimkien mal-20 finalista li ser jgħaddu wara li jikkompetu fl-ewwel u t-tieni Semi-finali.