Rowen Camilleri
STA. LUCIA………0
VALLETTA………..1
Sta. Lucia.: J. Haber, A. Prestes, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti, V. Plut, A. Vaalport, V. Filho, J. Zerafa (A. Souza 68’), D. Xuereb (J. Tanti 79’), Y. Soares
Valletta: A. Guarnone, T. Caruana (M. Sansone 90+3), C. Gauci, A. Zammit (S. Dimech 63’), E. P. Beltre, D. Promise (H. Dilaver 89’), R. Muscat, E. Sala, C. Prado, M. Fontanella (R. Camilleri 89’), K. Tulimieri (L. Campos 63’)
Imwissija: C. Prado 2’, E. Sala 68’ (V), V. Plut 2’, V. Filho 57’, N. Pulis 78’ (Sl)
Skorjaw: D. Promise 61’ (V)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Thomas Debono
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: David Promise (Valletta)
Valletta huma l-ewwel finalisti tal-IZIBET F.A. Trophy meta fl-ewwel semi finali għelbu lil Sta. Lucia bl-iskor ta’ 1-0. Ftit li xejn kien hemm differenza bejn iż-żewġ timijiet tul il-kors tal-partita iżda goal fil-61 minuta minn David Promise kien biżejjed għall-Beltin biex wara diżappunt fil-kampjonat issa għandhom opportunità li jiġbru l-istaġun kollu bir-rebħ tat-tieni l-akbar unur fil-futbol Malti. Din kienet it-tieni rebħa tal-Beltin fuq Sta. Lucia fi spazju ta’ erbat ijiem hekk kif nhar il-Ġimgħa huma kundannaw lil istess Sta. Lucia għar-relegazzjoni b’rebħa ta 2-1.
Valletta kellhom jilgħabu mingħajr pedina importanti fit-tim hekk kif il-Kroat Ivan Curjuric kien sospiż filwaqt li Doncic din id-darba għażel li jibda lil Tulimieri minflok Sansone li beda l-partita tal-Kampjonat. Minn naħa tiegħu Giovanni Tedesco ħareġ bl-istess ħdax li lagħab kontra l-istess Valletta ftit tal-jiem ilu.
Biż-żewġ timijiet dehru aktar jistudjaw lil xulxin milli joħolqu xi ħaġa, l-ewwel azzjoni lejn il-lasti waslet fl-20 minuta minn Valletta meta minn azzjoni personali Andrea Zammit prova xutt minn barra l-kaxxa li iżda Haber laqa’ faċilment. Minuta wara l-istess Zammit reġa’ kien protagonist meta provda passaġġ tajjeb lil Fontanella, bit-Taljan jipprova l-konklużżjoni bid-dawra iżda għaddiet fit barra. Fis-36 minuta Filho bir-ras iwaqqa’ ballun tajjeb lejn l-attakkant tal-Yellows Plut li avvanza fil-kaxxa iżda Guarnone ħareġ fil-ħin u tajjar il-periklu. Guarnone reġa wettaq save spettakolari fl-40 minuta meta minn korner ta’ Jamie Zerafa, kien Prates li għola tajjeb bir-ras bil-goalkeeper Taljan isalva b’diffikultà dak li seta kien goal għal Sta. Lucia.
L-ewwel xutt fit-tieni taqsima wasal wara biss erba’ minuti meta Filho rċieva mingħand Vaalport u prova xutt fil-baxx li bi Guarnone deher mgħelub għal kollox il-ballun għadda mħakkek mal-wieqfa. Fit-52 minuta Justin Haber żbalja l-pass tiegħu u l-ballun ġie għand promise li wara li avvanza kkonkluda lejn il-lasta iżda l-istess Haber laqa tajjeb. Mas-sigħa logħob skorruti Valletta marru fil-vantaġġ. Kienet azzjoni mibdijja minn Pena Beltre li għadda tajjeb lejn Kevin Tulimieri li wara li avvanza max-xellug tefa’ kross preċiż fuq DAVID PROMISE u mill-viċin bir-ras għeleb lil Justin Haber. Fil-81 minuta s-sostittu Shaun Dimech irnexxielu jaqbeż difensur f’tarf il-kaxxa u minn qagħda ċentrali ttanta xortieħ bil-ballun ikun imxellef f’korner. Sta. Lucia kienu sfortunati li ma’ ġabux il-goal tad-draw meta fl-ewwel minuta tal-ħin miżjud Vaalport daħal fil-kaxxa u qassam lejn Da Silva Souza li l-ewwel tentattiv tiegħu kien parzjalment milqugħ minn Guarnone bil-ballun jerġa jiġi għand l-istess Da Silva Souza li din id-darba ra x-xutt tiegħu imur barra. Fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud meta l-Yellows tefgħu kollox fuq l-attakk, Valletta qabduhom b’kontrattakk meta l-ewwel kien Campos li mpenja lil Haber b’xutt fil-baxx, biex imbgħad minn qagħda angolata Dimech prova jqabbeż minn fuq l-eks goalkeeper Internazzjonali Malti li reġa wettaq save sabiħ biex dawwar f’korner. Wara li ingħata l-korner Fyodor Zammit saffar tmiem il-partita fost il-ferħ tal-partitarji numerużi tat-tim ta’ Valletta.
