Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-konflitt qed jaffettwa l-prezzijiet tal-ikel fuq livell globali

L-invażjoni tal-Ukrajna mill-Armata tal-Kremlin affettwat il-prezzijiet tal-ikel b’mod sostanzjali – u fuq livell globali — bl-impatt qed jaqa’ l-aktar fuq il-vegetable oils u l-qmuħ.

Fil-fatt, qabel il-gwerra, l-Ukrajna u r-Russja kienu qed jipprovdu madwar 30 fil-mija mill-esportazzjonijiet tal-qamħ madwar id-dinja, minbarra 60 fil-mija tal-provvisti tas-sunflower oil ( fuq livell dinji) – u li hu ingredjent ewlieni f’ħafna ikel ipproċessat.

Għaldaqstant, l-assedju tar-Russi fuq il-portijiet tal-Baħar l-Iswed ifisser ukoll li miljuni ta’ tunnellati ta’ qamħ ma jistgħux ikunu trasportati mill-Ukrajna lejn pajjiżi oħrajn – bil-Bank tad-Dinja qed ibassar qabża ta’ xejn anqas minn 37 fil-mija fil-prezzijiet tal-ikel, bħala riżultat.

Il-President tal-Bank tad-Dinja, David Malpass, qal, intant. li l-qabża rekord fil-prezzijiet tal-ikel għandu jitfa’ lil mijiet ta’ miljuni ta’ nies fi stat ta’ faqar. ‘F’din is-sitwazzjoni, l-aktar nies foqra tad-dinja se jintlaqtu l-aktar għaliex jispiċċaw jieklu anqas filwaqt li jkun jifdlilhom anqas flus għal affarijiet oħra essenzjali’, spjega Malpass.