Lokali Parlament

Il-PN jappoġġa s-sħubija tal-Ukrajna fl-UE biex tirritorna f’darha

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ddikjara fil-parlament llejla li l-PN jappoġġja l-pożizzjoni tal-Ukrajina beix tkun ikkunsidrata pajjiż applikant għal sħubija fl-UE.

Meta kien qed jitkellem fis-seduta indirizzata mill-President Ukren Zelensky, il-Kap tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-PN jesrpimi solidarjetà mal-poplu Ukren f’dan il-mument.

Hu sostna li din il-gwerra ma tikkonċernax biss lill-Urkanija iżda lid-dinja ħielsa kollha. Malta hi kburija li Robert Metsola, bħala President tal-Parlament Ewropew, kienet l-ewwel li żaret l-Urkajina u esprimiet is-solidarjetà. Minkejja ċ-ċokon tagħha, fi-Tieni Gwerra Malta kienet element ta’ tama fil-gwerra kontra n-Nażiżmu; għalhekk ingħatajna l-George Cross. Malta ma tistax tipprovdi elementi militari iżda għandha qalb li tħoss għall-poplu Ukren.

Il-PN u l-EEP huma lesti li jiddefendu l-aspirazzjonijiet tal-poplu Ukren biex l-Ukrajina tissieħeb fl-UE. Hu semma’ l-proċess ta’ sħubija ta’ Malta fl-UE b’Eddie Fenech Adami jmexxi dan il-proċess f’isem il-PN. Il-PN hu lest li jappoġġja t-talba tal-Urkanija biex tibda l-proċess u tkun pajjiż applikant għas-sħubija fl-UE.

Bernard Grech tkellem dwar in-newtralità u qal li Malta għandu jkollha opinjoni u leħen li jinstema’. Filwaqt li semma’ l-Indipendenza, Bernard Grech qal li fl-UE Malta tħossha f’darha fl-UE. Jalla l-Ukrajina tissieħeb fl-UE biex tkun f’darha fl-UE, sostna Bernard Grech, li kompla li Malta u l-PN huma l-ħbieb tal-Ukrajina f’dan il-mument.