Lokali

AĠĠORNATA: Ħaddiem ta’ 38 sena jmut wara inċident ikrah fl-inċineratur tal-Wasteserv

Il-vittma huwa minn Marsaxlokk

Ħaddiem tal-Wasteserv miet traġikament wara inċident ikrah illi seħħ fil-bini tal-inċineratur tal-annimali fil-Marsa.

Il-vittma huwa Joseph Ellul illi kellu 38 sena u kien jgħix Marsaxlokk.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9am, b’sorsi ta’ Net News jindikaw li l-ħaddiem inqabad minn xi magni. Għalkemm id-dettalji għadhom iridu jiġu konfermati.

Fil-post wasal mal-ewwel tim mediku b’ambulanza, kif ukoll diversi uffiċjali tal-Pulizija. Iżda sfortunatament, il-ħaddiem kien ċertifikat mejjet fil-post.

Hu mifhum li fis-sigħat li ġejjin, tim tal-Forensika se jkun qed jistabbilixxi d-dinamika ta’ kif seħħ l-inċidenti filwaqt li jisiru aktar testijiet fuq il-katavru tal-vittma.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Elaine Mercieca.