Raġel ta’ 69 sena qed jallega li sar “frame-up fil-konfront tiegħu minn naħa ta’ mara Filippina li kienet il-carer tiegħu u membri tal-Korp tal-Pulizija fejn involuti hemm uffiċjali tal-Pulizija fosthom Spettur tal-Pulizija ppreżenta ittra uffiċjali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Ispettur John Spiteri u n-nisa tagħhom, u kontra l-Avukat Ġenerali.
Anthony Catania qed jgħid li huwa vittms ta’ “miscarriage of justice” fejn hu kien vittma ta’ aġir ta’ mara Fillipina, li attakkatu u minflok sab għajnuna minn naħa tal-Pulizija dawn ftehmu li jressquh il-Qorti fuq akkużi li ma jeżistux, u minflok li ħadu passi kontra l-mara, jridu jressqu lilu fil-Qorti.
Catania ippreżenta ittra uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn qed jiotlob għad-danni li sofra u għadu qed isofri, bl-itrra issir wkoll kontra n-nisa tal-Kummissarju u tal-Ispettur.
L-ittra uffiċjali tgħid li huwa qed jiġi akkużat b’diversi reati li allegatament saru fid-29 ta’ Diċembru, 2019, u qabel fejn qed isostni li dawn huma kollha gideb. Huwa qed jallega li l-verità kollha ma ħarġitx u lanqas setgħet toħroġ u dan għaliex l-uffiċjali nvestigattivi m’għamlux investigazzjoni ħollistika u serja, u li minħabba f’hekk Catania għadu qed ibati l-konsegwenz f’danni.
Catania, li huwa persuna vulnerabbli talab l-għajnuna tal-Pulizija, fejn huwa għamel ukoll rapport lill-Pulizija li minflok il-Filippina ħadet ħsiebu, aggredietu u għajritu u akkużatu b’affarijiet li hu m’għamilx.
Huwa qed jitlob ħlas ta’ dann għal dak kollu li sofra u qed jgħid li flok sab il-koperazzjoni tal-Pulizija dawn qaqoċċa dawru l-kanuni kontrih fejn allega wkoll li wieħed mill-Pulizija nvoluti jinsab f’relazzjoni mal-mara Filippina.
Fi Frar li għadda huwa kien ressaq protest fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’dan fl-istess ambitu, liema protest kien ġie njorat mill-Avukat Ġenerali, l-Kummissarju tal-Pulzija u l-Ispettur Spiteri. Kien ippreżenta wkoll kwerela għall-istess raġuni, imma baqa’ ma sar xejn. Lejn l-aħħar ta’ din il-ġimgħa Catania għandu jifħaw kawża kostituzzjonali kontra l-istess persuni. L-Avukat Anthony Stellini huwa l-Avukat ta’ Catania.
//= $special ?>