Lokali Parlament

Jum l-Ewropa llum hu ċelebrat bħala poplu wieħed

Bernice Bonello, PN

Id-deputat Nazzjonalista Bernice Bonello sostniet li hu pożittiv li llum Jum l-Ewropa qed ikun ċelebrat bħala poplu wieħed.

Fl-Aġġornament tal-parlament Bernice Bonello qalet li llum Jum l-Ewropa jkun ċelebrat bħala poplu wieħed; l-Ewropa hi d-dar naturali tal-poplu Malti. Hi sellmet lil Robert Metsola għall-ħidma li qed twettaq fil-parlament Ewropew.

Bis-sħubija fl-UE Malta qed tibbenefika mill-fondi Ewropej; kontrarjament għal dak li kien jgħid il-PL li Malta se tibbenefika minn €1 miljun biss. F’Malta saru wkoll proġett kbar fil-pajjiz kollu, inkluż il-Kottonera bis-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Dan grazzi għall-viżjoni li kellu l-PN għal Malta; irid ikun assigurat li Malta iġġib kemm jista; jkun fondi biex Malta tkompli tiżviluppa.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li ż-żgħażagħ iridu jaraw żvilupp pożittiv fis-setturi tax-xogħol, l-ekonomija u l-futur tagħhom. Bernice Bonello qalet li jekk dan ma jsirx iż-żgħażagħ Maltin se jagħżlu li jmorru barra minn Malta għall-futur tagħhom.