Lokali Parlament

L-ambjent u l-ħarsien tal-annimali huma prijorità fl-aġenda politika

Janice Chetcuti

Janice Chetcuti, PN

Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet li f’din il-leġiżlatura l-ambjent u l-ħarsien tal-annimali jridu jkunu prijorità fl-aġenda politika.

Fil-parlament Janice Chetcuti tkellmet dwar l-ambjent u qalet li fil-passat kien hemm rispett fil-mod isir il-bini. Hi sostniet li llum il-bni inbidel u għalhekk għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-bini, l-ambjent u anki l-estetika. Il-binjiet għandhom jirrispettaw l-ESG standards fl-ambjent; din hi bidla li għandha titwettaq.

Il-poplu għamdu jkun inċentivat iħaddar u jsebbaħ il-binjiet tiegħu. Malta tista’ terġa’’ ssir pajjiż sabiħ kif kienet, sostna id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-partiti jaqblu li l-ambjent ikun fuq quddiem fl-aġenda politika. Hi qalet li d-diżastru ambjentali tal-aħaħr snin wassal biex eluf ta’ Maltin ma marrux jivvutaw, Jeħtieġ li l-pajjiż jirrispetta u jikkonserva l-elementi ambjentali waqt li jingħata appoġġ lill-għaqdiet volontarji.

Hi tkellmet dwar l-annimali u qalet li kien gvern Nazzjonalista li ta bdiu għal ħafna proġetti dwar l-annimali; iżda fadal ħafna x’isir. Jeħtieġ iktar skemi ta’ appoġġ għall annimali u għal dawk li jaħdmu f’dan is-settur. Jeħtieġ ukoll isir kampus biex dawk li jaħdmu mal-annimali jkunu studjaw u jkunu professjonali fis-settur tagħhom. Triq titwettaq ukoll il-wiegħda li jsir ċimiterju tal-annimali.