Julie Zahra, PN
Id-deputat Nazzjonalista Julia Zahra qalet fil-parlament li l-arti u l-kultura huma fundamentali fil-kwalità tal-ħajja.
Julie Zahra qalet li l-ġid komuni għandu jkun prijorità li jinkludi l-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Hi sostniet li l-ħajja tmur lil hinn mill-aspett ekonomiku iżda tinkludi wkoll l-ambjent u l-ħin ta’ kwalità flimkien mas-sigurtà u t-trankwilità tal-ħajja.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-ħajja taċ-ċittadin għandu tkun ta’ kwalità u sostniet l l-kultura u l-arti huma elementi fundamentali f’dan l-aspett.
Hi kompliet li dawn huma parti integrali mill-ħajja tal-poplu u enfażizzat kemm hu importanti li dan is-settur ikun mgħejjun b’inċentivi barra minn mlta fejn jinfetħu l-opportunitajiet għall-artisti.
Jeħtieġ li jkun hemm impenn biex l-arti u l-kultura jkunu parti mill-kurrikulum nazzjonali fejn anki l-għalliema jkunu fuq l-istess livell; l-edukazzjoni hi fundamentali biex tinbidel l-istruttura mill-qiegħ.
Dwar it-Teatru Rjal, hi trattat il-proposta li jissaqqaf it-Teatru Rjal u li tinbena sala professjonali tal-kunċertiminħabba li hawn nuqqas ta’ faċilitajiet. Teatru professjonali jrid jinbena bi skopijiet diversi biex jintuża għal skopijiet diversi u mhux sempliċiment jissaqqaf teatru. Hi appellat għal diskussjoni serja dwar dan anki ma’ esperti barranin.
Julie Zahra appellat għal ambjent san u sostniet li l-artisti huma persuni speċjali li għandhom don naturali. Hi awgurat lil Emma Musact għall parteċipazzjoni fil-Eurovision.
//= $special ?>